Serb ta’ 41 sena kien ikkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li daħal Malta b’dokumenti foloz.
Huwa wasal Malta l-Ġimgħa b’titjira mill-Bulgarija u mill-ewwel kontrolli tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni rriżulta li kellu dokumenti foloz.
Id-Difiża irrimarkat li l-akkużat ikkollabora mill-ewwel mal-awtoritajiet u ammetta fi stadju bikri. Qalet ukoll li lest iħalli Malta immedjatament jekk il-Qorti tikkundannah għal sentenza sospiża.
Huwa se jinżamm taħt detenzjoni sakemm jaqbad titjira lura lejn pajjiżu l-Ħadd.