Ġie inawgurat l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Iskrinjar tal-Investiment Dirett Barrani, l-NFDIS, li se jara li tkun assigurata governanza tajba u li l-investiment li ġie attirat lejn pajjiżna li ġej minn barra l-Unjoni Ewropea huwa wieħed sigur.
Preżenti għall-ingawgurazzjoni, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega li l-uffiċċju se jivverifika l-investiment ta’ importanza strateġika f’setturi bħall-enerġija, is-saħħa u l-intelliġenza artifiċjali. Dan filwaqt li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar investimenti li jkunu qed jiġu proposti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
“F’dak il-każ, kulħadd jitfa’ l-informazzjoni f’post wieħed u minn hemm inkunu nistgħu nevalwaw jekk dak l-investiment ikunx wieħed sigur, wieħed ta’ intenzjonijiet tajba, u dan hu mod prattiku kif Malta qed tkun minn ta’ quddiem li timbotta l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.”
Tul l-aħħar sena, ħidma simili waslet biex aktar minn elf dokument minn investiment li qed isir f’Malta, li minnhom ħmistax-il proposta ġew iċċirkolati madwar l-Unjoni Ewropea għal skrinjar żejjed. Fuq il-proġetti kollha, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju ta’ Malta ġew milqugħa.
Mario Galea, Chairperson tal-NFDIS, qal li llum il-kompetittività ta’ pajjiż hija mkejla fuq il-livell ta’ governanza tajba, trasparenza u fuq kemm hu faċli li wieħed jagħmel negozju f’dak il-pajjiż.
Kien hemm preżenti wkoll id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea, Damien Levie, li spjega x’impatt il-ħidma tal-uffiċċju għandha fuq il-Kummissjoni.
“I think they are outstanding from what I can see. They also contribute a lot to the thinking and the team. It is a pleasure to be here and to show them how important they are for us.”