L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, issieħbet mal-proġett ANDROMEDA – proġett li għandu l-inizjattiva li jolqot l-isfida kritika tal-microplastics fl-ibħra tagħna.
Il-proġett ANDROMEDA, li hu ffinanzjat minn JPI Oceans u jinvolvi 15-il imsieħba internazzjonali, għandu fil-miri tiegħu li jindirizza l-isfida tal-microplastics fl-ibħra tal-madwar; u lokalment, immexxi mill-Professur Alan Deidun mill-Università ta’ Malta, dan il-proġett, permezz tal-użu ta’ applikazzjoni apposta fuq l-ismartphones, se jkun qed iżid il-kuxjenza pubblika u jgħin l-ixjentisti jiġbru data utli rigward il-microplastics fuq il-bajjiet tal-Għadira u tal-Golden Bay.
Għat-tnedija ta’ din l-attività, kien hemm preżenti il-Professur Alan Deidun, iċ-chairman tal-MTA, Gavin Gulia, kif ukoll rappreżentanti mill-għaqdiet Nature Trust Malta, Ambjent Malta, Xjenza Malta, ERA, NGO Żibel, u oħrajn.
Għal aktar informazzjoni fuq il-proġett ANDROMEDA u l-applikazzjoni fuq l-ismartphone, wieħed jista’ jżur is-sit https://ocean.mt/2023/03/02/andromeda/.