Jiġi fformat gvern fil-Libanu wara aktar minn 13-il xahar bla gvern. Din is-sitwazzjoni wasslet għall-kollass ekonomiku.
Il-Prim Ministru Najib Mikati tenna li s-sitwazzjoni hija diffiċli iżda mhix impossibbli jekk il-poplu tal-Libanu jingħaqad. Huwa tenna dan f’konferenza stampa wara li hu flimkien mal-President Michel Aoun iffirmaw digriet għall-formazzjoni tal-gvern.
Mikati kien diġà serva bħala Prim Ministru fil-passat.
Id-digriet ġie ffirmat quddiem l-ispeaker tal-kamra Nabih Berri, li qabel ma daħal għand il-President tal-Libanu, beda jxejjer karta li fiha kien hemm l-ismijiet tal-ministri quddiem il-ġurnalisti.