Waqt laqgħa għall-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-pajjiżi li ser jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej, bħala l-pajjiż ospitant l-Italja b’mod każwali ddeterminat id-9 pożizzjoni biex tkanta fil-festival li ser isir f’Turin.
Bħala l-pajjiż ospitant, l-Italja tkanta u tieħu sehem biss fil-finali tas-Sibt 14 ta’ Mejju. L-Italja apparti l-pajjiż ospitant hija wkoll parti mill-Big 5, flimkien mal-Ġermanja, r-Renju Unit, Spanja u Franza li wkoll ikantaw dritt fil-finali. L-Italja ser tkun qed tieħu sehem bil-kanzunetta Brividi ta’ Mahmood u Blanco