Joseph Feilazoo ta’ 42 ġie kkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u deportazzjoni malli jiskonta s-sentenza. Is-sentenza ingħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud li għalkemm fehem li l-imputat kien iffrustrat wara li kien għadu kemm skonta sentenza ta’ 10 snin u kellu jistenna perjodu ieħor qabel ikun rilaxxat, xorta waħda ma kellux jagġixxi b’dak il-mod anke meta għandu pendenzi oħra mal-qorti.
In-Niġerjan aggredixxa lil żewġ uffiċjali korrettivi b’wieħed minnhom jispiċċa fl-art u bl-ieħor b’idu migduma. Kien hawn li kellu jintuża wkoll il-‘pepper spray.’ Jidher li n-Niġerjan kien irrabjat għaliex waslet komunikazzjoni mill-Ambaxxata Spanjola f’pajjiżna li nfurmat li Feilazoo ma setax jirritona fi Spanja minn fejn ġie u kellu jistenna li tiġi evalwata din is-sitwazzjoni.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.