L-avukat u eks segretarju internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista John Bonello tkellem waqt mass rally tal-PL fl-Imqabba.
Qal li l-aħħar ħaġa li ħaseb li se jagħmel kienet li jattendi meeting tal-Partit Laburista. Imma kburi li jinsab mal-poplu. Għażel li jmur għax il-pajjiż f’salib it-toroq. Bejn simon Busuttil u Joseph Muscat.
Ma kienx jaħseb li Joseph Muscat se jwettaq. Ma kienx jemmen fil-kliem “tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna”. L-għada tal-elezzjoni mexxa l-kawża tas-siġġijiet. Kien jemmen li kellhom dmir jibnu l-Partit Nazzjonalista mill-ġdid. Ħaseb li kien se jaqta l-mentalità tal-aħna u huma.
Ħaseb li b’Simon Busuttil kienu se jmorru ‘l quddiem. “Kont żbaljat” qal Bonello. Busuttil għandu mentalità ta’ firda u kollu U-turns. Issa saħansitra qed jaħrab mir-responsabilità.
“Nafhom lil dawn in-nies, u jigdbu” qal Bonello. “Ma rridx li pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq tan-niżla. Ir-riżultati li ksibna f’dawn l-aħħar snin huma mertu ta’ Joseph Muscat. Wettaq dak li wiegħed. Min qatt kien jobsor li se jibda jitħallas id-dejn tal-Enemalta? Li se jorħsu l-kontijiet tad-dawk? Li se naraw surplus?”
Staqsa: kif tista’ ma temminx lil Joseph Muscat? Qal li Simon Busuttil mhux kapaċi jmexxi. Appella għan-Nazzjonalisti li ma jridux aktar firda. Wara l-billboards, tal-PN, hemm l-istess nies li kienu dejqu pajjiż sħiħ. “Nafhom sew lil dawn in-nies” qal Bonello. Appella biex il-poplu jagħżel li jkompli bl-aqwa żmien.