L-istorja li dehret llum fl-organu uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, il-Mument, dwar il-kariga ta’ Chief of Staff tal-Prim Ministru hija gidba mill-bidu sal-aħħar. Dan qalu l-Gvern fi stqarrija, fejn spjega li m’hemm l-ebda vakanza fil-kariga ta’ Chief of Staff.
L-istorja fil-ġurnal lokali allegat li l-Prim Ministru Joseph Muscat irid lil James Piscopo, Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta bħala Chief of staff, u li se jkun qed jieħu din il-kariga flok Keith Schembri.
Fl-istorja li dehret illum kompliet tallega li James Piscopo ma jridx jaċċetta l-offerta li qed jagħmillu l-Prim Ministru u li qiegħed ‘jirreżisti’. Iżda l-Gvern spjega li din l-istorja hija gidba u li m’hemm l-ebda vakanza fil-kariga ta’ Chief of Staff.
James Piscopo fuq Twitter ikkonferma li din kienet aħbar falza u li l-Partit Nazzjonalista m’għandux idea xi tfisser il-lealtà
Fake news, totally. They have no idea what loyalty is. pic.twitter.com/MjDRSjP6NJ
— James Piscopo (@PiscopoJames) December 11, 2016