Il-liġi l-ġdida dwar il-midja u l-malafama mhux biss tagħti iktar libertà, billi tħassar liġi li għandha iktar minn erbgħin sena u ġiet emendata darba biss. Iżda tirrikonoxxi wkoll realtajiet ġodda. Fosthom id-dinja online.
Bħalissa edituri ta’ ġurnali, radjijiet u t-televiżjoni jirreġistraw mad-Dipartiment tal-Informazzjoni biex hekk jirrikonoxxu kif huma responsabbli għall-aħbarijiet imxandra jew ippubblikati.
Il-liġi l-ġdida, li qiegħda għad-diskussjoni, tipproponi li edituri ta’ siti tal-aħbarijiet online, bħal one.com.mt jew timesofmalta.com ikunu reġistrati wkoll.
Iżda, dan xi jfisser?
Ngħidu aħna, veru kif hawn min qal fuq facebook li jekk xi ħadd għandu paġna jew blog fuq is-social media jrid jirreġistra?
Le, dan mhux il-każ.
U jekk ikun hemm xi ġurnalist online li jikteb mingħajr ma jkollu editur reġistrat, dan se jkun żvantaġjat? Il-verita hija li le. Fost oħrajn għax il-liġi xorta waħda tiggarantixxi protezzjoni sħiħa lis-sors.
Dan ifisser li l-isprtu tal-liġi proposta jibqa’ mill-bidu sal-aħħar dak li jingħataw drittijiet ġodda lill-ġurnalisti.
Fosthom din se tkun il-liġi li tneħħi l-libell kriminali u tgħamilha impossibbli li jkun hemm mandati kawtelatorji kontra ġurnalisti.
Hija wkoll liġi li toffri difiża iktar b’saħħita għall-ġurnalisti li jsoffru libell u saħansitra ddaħħal il-kunċett tal-medjazzjoni hawn ukoll.
Tant li fost dawk li laqgħu l-abbożż ta’ liġi sa mill-għada li tħabbar kien hemm l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
Stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/02/PR170392-1.pdf” title=”Stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali”]