F’laqgħa fil-Każin Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jivvinta gidba li l-Gvern se jġib għalliema mill-Bangladesh u l-Pakistan.
“U din id-darba se jġib in-nies min barra … issa se jġib xi tlett mitt teacher mill-Bangladesh u Pakistan biex jagħmlu lit-tfal tagħna kif qed iġib dawn li jsuqu tal-linja”, qal Delia.
B’reazzjoni għal din il-gidba, il-Partit Laburista qal li minbarra li din hija gidba frott ta’ disprament, dan huwa wkoll lingwaġġ razzist ta’ minn jidher ċar li abbanduna l-valuri demokristjani u jħossu aktar komdu mal-lemin estrem. Għal diversi drabi il-Kap Nazzjonalista qal li ma aħniex ngħixu f’pajjiż normali.Qabel id-diskors tal-Kap Nazzjonalista tkellmu d-Deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina u Clyde Puli. Bezzina qal li dan hu gvern li ma jimpurtah minn ħadd, u qal li x-xogħlijiet infrastrutturali qed isiru bis-saħħa ta’ gvern Nazzjonalista. Huwa għamel eloġju lis-servizz ta’ trasport pubbliku tal-Arriva li beda lura fl-elfejn u ħdax.
“U x’għamel Joseph Muscat meta kien hemm mhux minn ħolom imma wettaq? Qed nirreferi għar-rifroma tat-trasport pubbliku tal-elfejn u ħdax… Ta’ minn jgħid li tal-elfejn u ħdax kienet l-ewwel riforma li biha kellek għall-ewwel darba ħinijiet fuq il-bus stops u nformazzjoni fejn sejra tal-linja u karozza airconditioned”, qal Bezzina.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-iskola l-ġdida tal-Qawra għad abiss fuq il-Pjanti, madankollu fil-verita din l-iskola daħlet fi stadju avanzat sew ta’ bini.