Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddeskriva bħala gidba assoluta dak li ġie rrapportat minn Net News fl-aħħar sigħat.
Net News irrapporta li kien hemm laqgħa tal-Kabinett taħraq fil-Berġa ta’ Kastilja b’rabta mal-inkjesta dwar allegat indħil politiku f’każ ta’ traffikar ta’ droga. “Mhux l-ewwel darba minn Net News,” qal il-Prim Ministru bi tbissima.