Ġie inawgurat ġibjun f’Qasam San Ġorġ, f’Kerċem li nbena sabiex jilqa’ fih l-ilma tax-xita li jinżel mat-triq bil-valur ta’ iktar minn mitt elf ewro.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi inawguraw dan il-proġett li ġie iffinanzjat minn fondi Ewropej, immexxi mid-direttorat EkoGħawdex taħt il-Ministeru għal Għawdex, u f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem.
Dan il-ġibjun jesa’ erba’ mitt metru kubu ta’ ilma u se jsir ukoll tisbiħ tal-madwar b’afforestazzjoni.
Il-Ministru Camilleri spjega li dan huwa proġett ieħor xhieda ta’ kemm dan il-Gvern jieħu ħsieb kull settur f’pajjiżna u din id-darba kien imiss is-settur tal-biedja.
Il-Ministru Camilleri stqarr, “Lestejna proġett ieħor din id-darba proġett marbut mal-ħażna tal-ilmafejn propju hawnhekk ukollissa għandna ġwibi kbar sabiex jinġabar l-ilma tax-xita anka permezz ta’ għajnuna ta’ fondi ewropej sabiex propju il-bdiewa tal-madwar apparti issa li għandhom supply tan-new water ser ikun hemm ukoll ħażna apposta għar run off water.”
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz ta’ fondi Ewropej qed isir investiment fil-bdiewa.
Zrinzo Azzopardi tenna, “Dan huwa proġett li qed isir minn naħa ta’ eko Gozo flimkien mal-ministeru responsabbli għal Għawdex illi flimkien qegħdin jagħmlu dan l-investiment illi filwaqt li jkompli jsebbaħ dan il-post imma wkoll qegħdin nieħdu din l-inizjattiva illi tirrispetta r-riżorsi tagħna kif ukoll inkomplu nagħmlu inizjattivi favur ambjent aħjar.”