Il-qagħda ta’ Ġibiltà wara Brexit u l-potenzjal ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u dan il-pajjiż kienu l-qofol tad-diskussjoni bejn il-Prim Ministru Joseph Musat u l- Ministru Ewlieni ta’ Ġibiltà Fabian Picardo.
Fid-dawl li l-Ġibiltà huwa pajjiż li se jintlaqat direttament mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ma naqasx li ż-żewġ mexxejja jiddiskutu l-sfidi ġodda li din ir-realta se tfisser. Il-Prim Ministru Malti stqarr li pajjiżna qed janaliżża t-tibdiliet biex jinstabu opportunitajiet ġodda.
Filwaqt li l-Ministru Ewlieni Picardo tkellem dwar ir-rabtiet bejn Malta u Ġibiltà, l-iktar fuq livell kulturali u storiku, li jistgħu iservu ta’ bażi għall-iktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-futur.