L-Avukat Żvizzeru-Taljan Gianni Infantino reġa’ elett mill-ġdid bħala President tal-FIFA għal erba’ snin oħra.
Huwa ġie elett waqt it-73 Kungress tal-ogħla organu tal-futbol, il-FIFA, li qed jitlaqqa fl-Irwanda.
Huwa ġie elett mill-Kungress, hekk kif ma kien hemm l-ebda kandidat ieħor fit-tellieqa għall-President tal-FIFA.
Gianni Infantino nħatar President tal-FIFA wara li ħa post Sepp Blatter fl-2016.
Preżenti għal dan il-Kungress kien hemm ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, Bjorn Vassallo.
Ritratt: AFP