Gianluca Cutajar għadu kemm iggradwa mill-Univerità ta’ Wales fejn studja għall-Masters fil-Business Administration, u spiċċa ġie l-ewwel mill-istudenti kollha fil-kors.
Minkejja d-diżabilità, Gianluca, li juża siġġu tar-roti, xorta waħda rnexxielu jasal fejn jixtieq grazzi għad-determinazzjoni tiegħu li jasal fejn jixtieq.
Dan l-eżempju ta’ ispirazzjoni għal bosta persuni oħrajn biex ma jaqtgħu qalbhom qatt, se jara lil Gianluca jsaħħaħ il-karriera tiegħu fil-qasam tal-finanzi, li diġà jaħdem fih.
Liż-żagħżugħ Malti mhux l-ewwel darba li smajnih jitkellem dwar id-diżabilità tiegħu, ta’ Spinal Muscular Atrophy (SMA), u kif din qatt ma żammitu lura milli jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.
Hu jħoss li hemm l-limiti minħabba d-diżabilità tiegħu, iżda stqarr li intellettwalment iħoss li għandu kapaċitajiet kbar u kullħadd jista’ jegħleb kull ostaklu jekk ikollok mira li trid tilħaq.