Gianluca Cilia, se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li se jkun qed jittella’ f’Tbilisi.
Cilia kien l-iżgħar parteċipant f’din il-kompetizzjoni fl-età ta’ 9 snin fejn ħa sehem bil-kanzunetta Taljana Perdere L’Amore. Fit-tieni post ġiet Veronica Rotin u fit-tielet post Rianne Demicoli.
Hu se jkun qed jieħu sehem fil-kunċert li se jittella’ f’Tbilisi, fil-Ġorġja fis-26 ta’ Novembru. Hu għandu għal qalbu l-kantanti Massimo Ranieri u Michael Buble.