Kompliet l-esperjenza pożittiva tal-plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal Giancarlo Sammut li qed jilgħab fil-Kamponat tal-Futsal fid-Danimarka ma’ Hjorring Futsal Club.
Giancarlo Sammut skorja ġmiel ta’ gowl fil-partita li Hjorring Futsal Club tilfu 6 – 1 kontra Futsal Gentofte.
Huwa beda dan l-istaġun ma’ Bastia f’Franza u propju matul dan ix-xahar ir-ritorna lura ma’ Hjorring Futsal Club bil-partita kontra Futsal Gentofte tkun l-ewwel waħda tiegħu f’dan l-istaġun bil-flok ta’ Hjorring Futsal Club.
Sammut huwa plejer importanti ħafna għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal li bejn it-28 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar se jkun qed jipparteċipa f’turnament internazzjonali fil-Kroazja fejn hemmhekk Malta se tilgħab kontra d-Danimarka, Svizzera, San Marino u Greenland.
Aktar tard dan ix-xahar ukoll, preċiżament fil-25 ta’ Jannar, se jitilgħu l-poloz ta’ kwalifikazzjoni għal kompetizzjoni Ewropeja li jmiss f’Nyon l-Svizzera.