Mara minn tas-Sliema ngħatat sentenza ta’ ħabs għal sentejn wara li ammetiet li kienet qed titraffika droga kokaina, eroina u kannabis.
Juanita Grech ta’ 53 dehret quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. L-arrest tal-mara seħħ fil-25 ta’ Ġunju li għadda, waqt spezzjoni li saret fi propjetà fi triq Armerija f’Tas-Sliema.
Il-mara nstabet ħatja bi traffikar tad-droga, li kellha fil-pussess tagħha d-droga u li hija riċediva.
Bintha, Sabrina Grech diġà qed taffaċċja akkużi b’rabta ma’ dan il-każ, iżda dan il-każ għadu qiegħed jinstema’ quddiem il-Qorti. F’każ separat, Glenn Busutil li kien arrestat mal-bint ingħata sentenza ta’ tliet snin priġunerija fuq traffikar tad-droga.
Il-mara wieġbet ħatja permezz tal-avukat tagħha Dr Yanika Bugeja.
Il-Qorti bagħtet lil mara 20 xahar ħabs u mmultata €800, filwaqt li orndatilha tħallas l-ispejjeż tal-Qorti.