Għoxrin ruħ ammettew li kitbu messaġġi ta’ mibegħda fuq facebook fuq każ ta’ anzjan li kien spiċċa aggredit minn barranin fl-inħawi ta’ Bieb il-Bombi.
Minn fuq l-anzjan kienu nsterqu l-flus u fuq din l-aħbar, numru ta’ persuni kienu kkummentaw.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, tmintax-il raġel u żewġ nisa ammettew l-akkużi u apparti li weħlu multa sa masismu ta’ ħames mitt ewro, ġew ikkundannati bejn tmintax-il xahar u sentejn ħabs sospiżi.
Il-Maġistrat ċanfar l-akkużati u qalilhom li kulħadd liberu li jikkritika iżda mhux jobżqu l-mibegħda.