Minn tal-inqas għoxrin persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu fi traġedja b’ferrovija f’Mexico City.
Jidher li sfrondaw xi bingħajri waqt li kienet għaddejja ferrovija.
Diversi karreġġjati spiċċaw fl-art u farrku kompletament minn tal-inqas vettura li kienet għaddejja mit-triq traffikuża fejn sfrondat il-parti minn fejn kienet għaddejja l-ferrovija.
Filmati drammatiċi tal-inċident ixxukkjaw lil bosta, li wrew il-parti tal-pont li sfrondat waqt li kienet għaddejja l-ferrovija.
Xi residenti kienu rrappurtaw xquq fl-istruttura wara terremot li kien seħħ fl-elfejn u sbatax.