Dsatax-il dgħajsa u jott lussuż inqerdu għal kollox wara li nirien kbar ħakmu boat yard f’Tal-Balal limiti ta San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa tal-Ħamis filgħodu.
Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Sorsi fuq il-post tal-inċident qalulna li minħabba il-kobor tan-nirien kellhom jissejju l-maġġoranza tal-vetturi tat-tifi tan-nar mill-istazzjonijiet kollha flimkien ma numru ta’ bowzers privati li ssuplixxew aktar ilma.
L-operazzjoni li tmexxi mid-Deputat Direttir Peter Paul Coleiro ħadet madwar sebgħa siegħat u fiha ntużaw xejn inqas minn 180,000 litru ta ilma flimkien ma 7000 litru ta foam.
Preżenti wkoll fuq il-post kien hemm tim mediku li beda jassisiti l-membri tas-CPD minhabba l-kundizzjonijiet estremi li hadmu fihom.
L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin. Nifhmu li dwar dan l-inċident issejħet inkjesta Maġisterjali.
Ritratti u filmat: Daniel Schembri u CPD