Il-Gvern se joffri għotja ekwivalenti għar-rifużjoni ta’ VAT fuq xiri u installazzjoni ta’ apparat li jippurifika l-ilma bħal reverse osmosis fid-djar. Il-Gvern qed jagħmel dan biex jinċentiva lil dak li jkun inaqqas l-użu ta’ kontenituri tal-plastik għall-ilma ibbottiljat.
Il-Ministru Edward Scicluna qal fid-diskors tiegħu tal-baġit li se jkun hemm capping ta’ €70 fuq din l-għotja.