Mis-sena d-dieħla, l-Gvern se jagħti għotja sa massimu ta’ €1,000 biex itaffi mill-ispejjeż relatati mal-proċess tal-adozzjoni. Din l-għotja se tkun qed tagħti l-opportunità li dawk li jaddottaw tfal lokalment jibbenefikaw ukoll mill-għotja tal-adozzjoni.
Fl-istess waqt il-Gvern se jkun qed iżid l-allowance għal kura ta’ tfal taħt ordni ta’ ħarsien. Għalhekk tfal bil-Foster Care allowance se jkollhom il-benefiċċju jiżdied b’€520 oħra fis-sena għal total ta’ €5,720.