Fi skema ġdida ta’ panelli fotovoltajiċi li se tiftaħ fil-5 ta’ Mejju, il-Gvern se jkun qed joffri sa €3,000 għal kull sistema ta’ pannelli, bil-kuntratti issa se jkunu għal 20 sena. B’hekk il-konsumatur se jkun qed jirkupra l-ispejjeż kollha tal-investiment li jagħmel fi żmien qasir filwaqt li l-pannelli jibqgħu jiġġeneraw enerġija nadifa għal snin wara.
Il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia qal li dan hu pass ‘il quddiem ieħor fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-gvern fis-settur tal-enerġija, fejn l-għan tal-gvern hu li jkompli jiżgura s-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija f’Malta. Filfatt il-Ministru spjega li “l-kuntratt se jkun għal 20 sena bi ħlas ta’ 10ċ5 għal kull unit iġġenerat, u se jkun hemm żieda wkoll fl-għotja tal-Gvern għal min jidħol għal dan l-investiment. Din hi kontinwazzjoni biex nassiguraw ġenerazzjoni tal-elettriku b’mod nadif.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lir-Regolatur għas-Servizzi tad-Dawl u l-Ilma fuq 2295 5000 fejn jista’ jsib ukoll informazzjoni dwar skemi attraenti għas-settur kummerċjali.