Il-Gvern ħabbar skema li biha se jagħti sa massimu ta’ €2,000 lil koppji li kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Għal dawn il-koppji, il-posponiment tat-tieġ mhux biss wassal għal dieqa u inkonvenjent imma wkoll għal spejjeż konsiderevoli.
Għaldaqstant, wara li Identity Malta diġà rrinunzjat għall-ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni għal dati ta’ żwiġijiet ġodda, il-Gvern permezz tal-Mimcol, nieda din l-iskema b’allokazzjoni ta’ €2 miljuni.