Fil-budget għas-sena d-dieħla l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar skema biex it-taxis il-ġodda jkunu aċċessibbli għas-siġġu tar-roti.
Għal dan il-għan se jkun hemm budget allokat biex minnu, numru ta’ taxis ġodda jingħataw għotja ta’ €10,000 mar-reġistrazzjoni ta’ vettura li tkun aċċessibbli.
Dan sabiex dawn it-taxis il-ġodda jkunu jistgħu joperaw u bihom jagħtu servizz lil persuni li jkunu fuq siġġu tar-roti.