L-eksmexxej taċ-Chad, Hissene Habre, kien ikkundanat b’sensiela ta’ reati kriminali kontra l-umanità u ta’ dan weħel għomru l-ħabs waqt ġuri fis-Senegal.
L-imħallef ikkundannah fuq stupru, u li ordna l-qtil t’aktar minn 40,000 persuna, fiż-żmien li kien imexxi l-pajjiż bejn l-1982 u l-1990.
Vittmi u qraba ta’ dawk li nqatlu laqgħu din l-aħbar b’ferħ barra il-Qorti wara li ngħata il-verdett.
Din kienet l-ewwel darba li Qorti fl-Afrika għaddiet ġuri lil xi mexxej b’rabta m’abbuż fuq id-drittijiet umani.
Habre għandu 15-il jum ċans biex jappella mis-sentenza mogħtija lilu.