Thomas Mair intbagħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati tal-qtil tal-Membru Parlamentari Ingliża Laburista Jo Cox.
Ir-raġel ta’ 53 sena spara u ta daqqiet ta’ sikkina lill-omm ta’ żewġt itfal f’Birstall f’Ġunju li għadda, ġimgħa qabel ir-referendum ta’ Brexit.
Fl-attakk, Mair għajjat ‘Britain First’, iżda l-Imħallef qal li l-patrijott veru kienet Cox, mhux Mair. Prosekuturi qalu li Mair kien imqanqal minn mibegħda u r-reati tiegħu ma kienu xejn għajr terroriżmu.
Mair instab ħati wkoll li li kellu pistola b’intenzjoni, weġġa gravi lil Bernard Kenny ta’ tmienja u sebgħin sena li prova jgħin lil Cox u kellu sejf fuqu.
Liebes libsa skura u ingravata blu, Mair baqa bla emozzjoni hekk kif il-verdetti nqraw, wara siegħa ta’ deliberazzjonijiet