Fl-Amerka, missier u iben ġew ikkundannati għomor il-ħabs mingħajr il-possibilità għall-parole wara li kienu mixlija bil-qtil taż-żagħżugħ Ahmaud Arbery fi Frar tal-2020 .
Ġar tagħhom, William Bryan biss ingħata ċ-ċans għall-parole wara tletin sena.
L-Imħallef innota kif il-missier u l-iben, Travis u Gregory McMichael ma wrew l-ebda rimors jew dispċaċir għall-qtil ta’ Arbery.
Ahmaud Arbery li kellu 25 sena nqatel fl-istat Amerikan ta’ Georgia waqt li kien qed jiġri meta l-akkużati ġrew warajh b’vannijiet u sparawlu.
Il-każ qajjem diskussjoni fl-Amerka hekk kif il-qtil kien instigat minn mibegħda razzjali.