Fid-29 ta’ Settembru tal-2019 kien hemm attentat biex f’isem missier Yorgen Fenech jinxtraw arma tan-nar u balal fost oħrajn minn fuq Berlusconi, sit li tagħmel parti mid-dark web.
Dan stqarru fil-Qorti George Cremona, il-Kap tat-Taqsima kontra t-terroriżmu fix-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Cremona spjega li l-arma tan-nar u l-balal kienu se jintbagħtu lil George Fenech, missier Yorgen Fenech li ilu mejjet għal numru ta’ snin, fil-21 sular tat-torru ta’ Portomaso.
Il-pulizija għokritha għajnha mill-fatt li xi ħadd prova jixtri arma fuq isem persuna mejta.
Is-Supretendent stqarr li l-pulizija Maltija ġiet infumata mid-Dipartiment tal-Intern tal-Istati Uniti dwar dan l-attentat ta’ xiri u spjega li l-pulizija kienu se jipproċedu billi josservaw il-proċess tat-twassil tal-arma.
Dan bħalma ġara fil-każ ta’ Jomic Calleja.
Dan kollu ma seħħx hekk kif l-awtoritajiet Taljani rnexxielhom jinnewtralizzaw is-sit inkwistjoni tad-dark web qabel dan seta’ jsir.