Il-Ministru Owen Bonnici żar il-Manucca Child Care Centre fiż-Żejtun. Dan iċ-ċentru, li ilu miftuħ għal dawn l-aħħar sentejn u jgħin fl-iżvilupp soċjali tat-tfal, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ċentri li hawn fil-pajjiż. Dan huwa ċentru mingħajr ħlas għall-ġenituri hekk kif imwiegħed mill-Gvern fl-inċentivi ta’ child care centres b’xejn biex inaqqas il-piż minn fuq il-familji Maltin u tkun iktar faċli li ż-żewġ ġenituri joħorġu jaħdmu.
Dan huwa ċentru mill-iktar modern li jħaddan anke attivitajiet fuq barra grazzi għall-faċilitajiet ta’ bandli apposta għat-tfal kif ukoll attivitajiet fuq ġewwa bħal tpinġija u qari fost gruppi żgħar ta’ tfal.
https://youtu.be/Pq-iYReQv-8