Ghislaine Maxwell instabet ħatja talli ħajret u traffikat tfajliet żgħar sabiex jiġu abbużati sesswalment minn Jeffrey Epstein li ħa ruħu b’idejh lura fl-2019.
Maxwell li għandha 60 sena nstabet ħatja fuq ħames akkużi minn sitta nkluż dik li traffikat minuri għal skopijiet sesswali.
Il-verdett intlaħaq minn tnax -il ġurat wara ħamest ijiem sħaħ ta’ deliberazzjoni fi New York.
Dan il-verdett jista’ jsaffar f’piena fejn Maxwell tagħmel għomorha l-ħabs.
Waqt dan il-ġuri li ilu għaddej xahar, instemgħu diversi xhieda li ddeskrivew l-esperjenza tagħhom ta’ abbuż minn Jeffrey Epstein.
Waqt li kien qed jinqara l-verdett, Maxwell ma wriet l-ebda sens ta’ emozzjoni fuq wiċċha ħlief meta ferrat ftit ilma f’tazza.