Ghislaine Maxwell appellat is-sentenza li sabitha ħatja ta’ traffikar ta’ tfal għal skopijiet sesswali u kkundannatha għal għoxrin sena priġunerija.
Maxwell li għandha sittin sena ngħatat din is-sentenza f’Diċembru li għadda talli ngaġġat u traffikat erba’ tfajliet biex jiġu abbużati minn Jeffrey Epstein.
Epstein ħa ruħu b’idejh lura fl-elfejn u dsatax f’ċella fi New York waqt li kien qed jistenna li jittella’ l-Qorti.
L-appell ta’ Maxwell kien mistenni u jidher li se jdum diversi xhur.
Matul il-kawża tagħha, l-avukati ta’ Maxwell qalu li hi kienet qed tiġi kkundannata għal reati li kkommetta Epstein u qalet li l-ħbiberija tagħha miegħu kienet l-akbar żball ta’ ħajjitha.