Bil-għan li ONE jasal fil-proġett li jkollu OB ġdid fix-xhur li ġejjin, tul din il-ġimgħa qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku f’diversi programmi tal-istazzjon.
Bit-tema “Inxandru l-Futur”, il-kampanja ta’ ONE qed issir mal-Partit Laburista li b’dan l-apparat teknoloġiku jkun jista’ jxandar l-għadd kbir ta’ attivitajiet li jorganizza b’mod partikolari f’kampanjai elettorali.
Wieħed se jkun jista’ jagħti s-sehem tiegħu ukoll billi jżur il-lokalitajiet fi ġranet partikolari meta fiċ-Ċentru Laburista jmur tim tal-Partit Laburista.
Dettalji dwar dan jingħataw kuljum fuq ONE Radio fil-kwarta u l-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija.
Iżda, l-benefiċċji ta’ xi ħaġa hekk mhumiex marbuta biss mal-politika. Għalhekk ma’ din il-kampanja ngħaqdu l-preżentaturi kollha ta’ ONE.