Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nieda l-inizjattiva “Helping Through Art” biex jinġabru fondi biex jgħin lill-vittmi tat-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa 16:20 ta’ Awissu.
Il-Ministeru qed isejjaħ lill-artisti viżwali biex joffru b’donazzjoni xogħol ta’ arti, li mbagħad ikun irkantat nhar it-Tnejn, 10 t’Ottubru. Esebizzjoni tax-xogħolijiet tal-arti magħżula mbagħad mistennija tkun għall-wiri għall-pubbliku li jattendi n-Notte Bianca ta’ din is-sena u l-ġimgħa ta’ wara.
Kull artist interessat li jagħti sehmu jista’ jagħmel dan billi jibgħat e-mail fuq helping-thru-art.mfa@gov.mt.
Fl-email, l-artist għandu jinkludi deskrizzjoni qasira tax-xogħol propost li jingħata b’donazzjoni, dettalji tal-artist, d-dimensjoni tal-biċċa xogħol ta’ arti u stima tal-prezz tal-istess arti fost oħrajn.