Sal-ħdax tal-lejla int tista’ tgħin lil “Missio Malta’ għall-missjoni li qed iwettqu ma’ dawk fil-bżonn fl-Afrika.
It-tema ta’ din il-maratona ġbir ta’ fondi hija. “Jien. Int. Aħna. Flimkien.”, u wieħed jista’ jgħin billi jagħti donazzjoni fuq
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
👉BOV mobile u APS P2M – 77236962
👉Ċempel – 51802064 – €25
👉Ċempel – 51902061 – €50
www.missio.org.mt/donate
Din il-ġimgħa crew ta’ ONE NEWS żar l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fejn hemmek rappreżentanti ta’ Missio Malta kienu qed jitkellmu mat-tfal dwar l-importanza tal-missjoni u anke dwar il-kulturi differenti fosthom dik Afrikana, fejn dawn anke għamlu strument sinonimu ma’ dan il-pajjiż li qed jiġi mgħejjun.