Is-Sibt 18 ta’ Diċembru kull min ser jirkeb tal-linja, ser ikun qed jipparteċipa fil-5 edizzjoni ta’ Tallinja għal l-Istrina. Dan ifisser li kulħadd ser ikun qed jgħin lin-nies fil-bżonn kull darba li tirkbu fuq karozza tal-linja.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/16203318/TAL_LINJA_2.jpg)
Permezz ta’ din l-inizjattiva, ser tingħata donazzjoni mid-dħul tal-bejgħ ta’ kull vjaġġ li jkun imħallas b’Tallinja Card u l-biljetti li jinxtraw mingħand ix-xufiera. Din id-donazzjoni ser tmur b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Dan ifisser li aktar kemm jivvjaġġaw nies bil-karozza tal-linja, akbar tkun id-donazzjoni.