Belġjan ta’ 33 sena li jgħix Tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttella’ mill-baħar viċin Exiles f’Tas-Sliema. Huwa ntlemaħ f’wiċċ il-baħar fit-2:45pm tal-Ħadd, u l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru mal-ewwel fuq il-post biex jagħtuh l-ewwel għajnuna.
Aktar tard kien ikkonfermat li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr. C. Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta
li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/04/14/il-pulizija-ttella-katavru-mill-bahar-ftas-sliema-1/