Il-Pulizija qed tappella għall-għajnuna fi tfittxija għal persuna.
Hi qed tiġi mfittxija b’rabta ma’ investigazzjoni relatata ma’ importazzjoni u traffikar tad-droga.
Il-Pulizija talbet lill-pubbliku biex ma tpoġġix isem il-persuna pubblikament iżda jekk wieħed ikollu informazzjoni dwar fejn tista’ tinstab, din għandha tiġi mgħoddija fuq messaġġ privat permezz ta’ messenger fuq Facebook jew fuq il-linji 119 / 21224001 u jiġi kwotat in-numru 4/2020.