Il-Pulizija qed titolbu l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab din il-mara.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li trid tkellem lil din il-mara sabiex tgħinhom f’investigazzjonijiet dwar allegat serq.
Min għandu xi informazzjoni dwarha iċempel fuq 119 jew 21224001.