Il-President George Vella ħabbar li r-raba’ edizzjoni ta’ b’tal-Linja għall-Istrina se ssir nhar is-Sibt 14 ta’
Diċembru.
In-nollijiet tal-ewwel vjaġġi li jagħmlu l-passiġġiera fuq kwalunkwe rotta tal-korozzi tal-linja se
jingħataw bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation waqt l-Istrina. L-inizjattiva
tapplika għall-ewwel vjaġġi li jitħallsu permezz tat-Tallinja Cards ippersonalizzati, kif ukoll nofs il-biljetti
kollha li jinxtraw fuq tal-linja stess.
“Malta Public Transport hija waħda mill-kumpaniji ewlenin f’Malta, u għaldaqstant, nixtiequ nagħtu
eżempju b’dak li nagħmlu ghax il-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-ambjent huma fatturi importanti ħafna
għalina. L-Istrina saret karatteristika ta’ dan l-istaġun f’Malta u aħna kburin li, għal darb’oħra, qed
nappoġġaw dawk il-familji u l-individwi li jibbenefikaw minn din l-inizjattiva daqstant importanti,” qal
Konrad Pulé, il-General Manager ta’ MPT.
“Meta wieħed jivjaġġa bil-karrozza tal-linja nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru mhux biss ikun qiegħed
inaqqas il-konġessjoni u l-emissjonijiet mit-toroq tagħna, imma jkun ukoll qed jgħin għal għan siewi
minħabba li parti mit-tariffa tal-vjaġġ se tmur direttament għall-Istrina. Aktar ma jivjaġġaw nies
b’tallinja nhar is-Sibt, aktar se jibbenefikaw nies li huma fil-bżonn.”
Il-President George Vella rringrazzja lid-Diretturi tal-Malta Public Transport talli organizzaw din l-inizjattiva u għall-isforzi li qed jagħmlu biex jappoġġjaw lill-Istrina u l-Malta Community Chest Fund
Foundation (MCCFF).
“Il-kontribuzzjoni tagħhom hija strumentali biex tiżgura li aktar nies jibbenefikaw mill-assistenza u
jtejbu l-kwalità tal-ħajja li jgħixu. Intom għandkom tħossukom kburin talli qed tkunu xempju tal-impenn soċjali li qed turu għall-ġenerazzjonijiet futuri.”
In-nollijiet għall-passiġġieri mhumiex se jkunu affettwati u r-rati regolari se jibqgħu japplikaw: Child u
Concession Tallinja Cards jiswew €0.25 kull vjaġġ; Tallinja Cards tal-Adulti, Studenti u Għawdex jiswew
€0.75 kull vjaġġ; u biljetti minn fuq tal-linja jiswew €1.50 kull vjaġġ.