Il-President Russu, Vladimir Putin, ltaqa’ mal-kapijiet militari wara rapporti li kien qed jippjana aktar attakki fuq l-Ukrajna.
Filmati wrew lil Putin jimxi flimkien mal-Ministru tad-Difiża u l-Kap tal-Forzi Armati Russi.
Intant it-tieni belt fl-Ukrajna, Kharkiv, tħalliet għal bosta sigħat mingħajr elettriku wara għadd ta’ attakki mir-Russja li kienu mmirati fuq kull stazzjon tal-enerġija madwar il-pajjiż.
Uffiċjali tal-lokal qalu, li minn tal-inqas disa’ stazzjonijiet tal-elettriku ntlaqtu mill-forzi Russi wara li ġew sparati 76 missila kif ukoll permezz ta’ attakki mill-ajru permezz ta’ drones.
Is-Sindku ta’ Kharkiv sostna kif il-belt soffriet minn ħsarat estensivi.