Wieħed għandu ċ-ċans li jsaqsi u jiddiskutu mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fuq il-baġit għas-sena li ġejja li ser jitħabbar fit-22 t’Ottubru. Dan permezz ta’ inizjattiva tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li għat-tieni sena konsekuttiva qed jistidnu liż-żgħażagħ sabiex jifhmu aħjar il-proċess li jsir ta’ kull sena sabiex jinħadem il-baġit. Barra minn hekk, il-membri preżenti għandhom il-possibilta li jippreżentaw il-proposti tagħhom direttament lill-Ministru.
Dan l-avveniment se jsir nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru fis-6 ta’ filgħaxija ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u sabiex wieħed jattendi għandu jimla din il-formola online: https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSeuhJyPFFc1EPBxU92mjq2HVwJaQVTJIES-WpGPOTIB8Jun3w/viewform