Żewġ bombi suwiċida ħallew aktar minn 26 persuna mejta f’ċerimonja ta’ tieġ fil-belt ta’ Tikrit, l-Iraq.
L-istat Iżlamiku qal li żewġ ġellieda tiegħu wettqu dan l-attakk. L-ewwel bomba suwiċida kienet fost numru ta’ irġiel li kienu qed jiżfnu waqt din iċ-ċerimonja, bit-tieni waħda splodiet fost dawk li nġabru biex joffru l-ewwel għajnuna. Kelliem għall-Gvern qal li l-maġġoranza ta’ dawk li tilfu ħajjithom kienu tfal.
L-Istat Iżlamiku qal li wettaq dan l-attakk wara li kellu kunflitt mal-membri tal-grupp Shia. Aktar minn 25 persuna weġġgħu f’dan l-attakk.