Aktar minn 30 persuna nqatlu f’inċident ta’ xarabank fi triq fil-muntanja fil-Bolivja.
Il-vettura waqgħet kważi 800 metru għal isfel fid-distrett ta’ Yocalla. Erbatax-il persuna oħra kienu feruti inkluż erbat’itfal. Uħud minn dawn jinsabu f’qagħda kritika.
It-toroq fil-Bolivja huma magħrufa bħala perikolużi speċjalment dawk fl-inħawi tal-muntanji.
Uffiċjali qed jattribwixxu l-inċident għal sewqan eċċessiv fejn is-sewwieq ma setax jikkontrolla x-xarabank. Hu mifhum li dan huwa l-agħar inċident tat-traffiku fl-Amerika t’Isfel għal din is-sena.
Fil-Bolivja, medja ta’ 1,400 persuna fis-sena jmutu kawża ta’ inċidenti tat-traffiku.