Minn tal-inqas erbgħa u tletin immigrant mill-Afrika, inkluż tfal u trabi, huma rrappurtati nieqsa wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet mal-kosta Tuneżina.
Din hija l-ħames dgħajsa bl-immigranti li għerqet f’jumejn; b’seba’ persuni kkonfermajti mejta u aktar minn sittin oħra għadhom ma nstabux.
L-awtoritajiet jemmnu li d-dgħajsa kienet sejra l-Italja.
Qed ikun irrappurtat li l-gwardja tal-kosta Tuneżina waqqfet sitta u ħamsin dgħajsa f’jumejn milli jitilqu mill-pajjiż lejn l-Italja.
Fl-aħħar jiem, mat-tlett elef immigrant li ppruvaw jitilqu mill-pajjiż, ġew arrestati.