Ilbieraħ, mill-Bażilika u l-Kolleġġjata ta’ Maria Bambina fl-Isla, ħareġ il-Pellegrinaġġ Nazzjonali Djoċeżan bl-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles J Scicluna. Dan kien l-ewwel pellegrinaġġ li sar b’mod normali, mingħajr restrizzjonijiet, fir-Randan minn wara l-pandemija.
Eluf ta’ Maltin devoti minn madwar Malta kollha mxew wara l-vara meqjusa bħala Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur li kienet inħadmet mill-artist Saverio Laferla fl-1742.
Kull sena, r-Redentur tal-Isla joħroġ f’pellegrinaġġ penitenzjali madwar it-toroq tal-Isla, fir-Randan, fil-Ġimgħa l-Kbira u f’Ġunju, biex tkun imfakkra l-wegħda li s-Sengleani kienu għamlu mar-Redentur, fil-bidu tas-Seklu 19 biex jiskansahom mill-marda tal-pesta.
Filmati: Rayden Mizzi