Minn tal-inqas terz minn fost mitejn u sebgħin balena li spiċċaw viċin wisq tax-xatt fl-istat ta’ Tasmania fl-Awstralja, mietu, u mistennija jmutu iktar fil-ħin li ġej. Il-ħaddiema ta’ salvataġġ indunaw li l-baleni kienu qegħdin f’ilma baxx mal-kosta t-Tnejn.
Għadu mhux magħruf x’wassal lill-baleni biex jersqu lejn ix-xatt. Il-bijoloġisti tal-baħar qalu li l-operazzjoni biex jassistu lill-baleni f’ilma aktar fond, mistennija tieħu numru ta’ ġranet. L-aħħar li kien hemm każ simili f’Tasmania kien fl-elfejn u disgħa, meta madwar mitejn balena spiċċaw max-xatt.