Terremot b’qawwa ta’ 7.8 qatel aktar minn 100 ruħ, u darab aktar minn 400 persuna, viċin il-fruntiera ta’ bejn it-Turkija u s-Sirja.
Uffiċjali fit-Turkija kkonfermaw li 76 persuna mietu kawża tat-terremot, filwaqt li l-midja fis-Sirja rrappurtat li nqatlu aktar minn 50 persuna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Qed jiġi mbassar ukoll li n-numru ta’ persuni mejta se jitla’ b’mod sinifikanti fis-siegħat li ġejjin.
Numru kbir ta’ binjiet waqgħu, u għalhekk, ħaddiema tas-salvataġġ qed jaħdmu sabiex isalvaw dawk maqbuda ġewwa.