Fl-Iran għexieren ta’ persuni nqatlu wara li nies lebsin l-uniformi militari fetħu n-nar waqt parata militari.
Il-parata saret f’Ahvaz fl-Lbiċ tal-pajjiż u hu mifhum li l-isparaturi damu għaddejin għal għaxar minuti.
Sa issa l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż irraporta li fuq il-post dehru għadd ta’ iġsma bla ħajja u madwar għoxrin persuna oħra ndarbu.
L-Iran qed timmarka l-anniversarju mill-bidu tal-gwerra mal-Iraq fl-elf disa’ mija u tmenin.
Ġie rapurtat li numru ta’ suldati ttieħdu għal kura hekk kif is-sitwazzjoni issa reġgħet ġiet fil-kontroll tal-forzi tal-pajjiż.
Il-belt ta’ Ahvaz hija belt magħrufa li topponi l-Gvern tal-pajjiż.